Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kollox dwar Inti u l-BĊE

Trid issir taf aktar dwar kif taħdem l-ekonomija? U x’nagħmlu fil-BĊE? Dan huwa l-punt tat-tluq tiegħek biex tiskopri x-xogħol tagħna u biex tagħmel konnessjoni magħna!

Il-BĊE jispjega

Interessat(a) li ssir taf aktar dwar ir-rwol u l-ħidma tal-BĊE? Tixtieq tidħol aktar fil-fond fil-politika bankarja ċentrali u monetarja?

Agħti ħarsa lejn l-indikaturi tagħna

Ittestja kemm taf

X’inhu l-għan ewlieni tal-BĊE? Kemm hemm nies jużaw l-euro? Sfida lilek innifsek bil-kwiżżijiet tagħna u skopri kemm taf dwar il-kompiti ewlenin tagħna.

Ipprova l-kwiżżijiet tagħna!

Inizjattivi għaż-żgħażagħ

Norganizzaw bosta avvenimenti – online, fil-BĊE u madwar l-Ewropa - speċifikament għal żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-30 sena (u kultant iżgħar, bħalma huma d-Djalogi maż-Żgħażagħ tagħna u l-Premju Generation €uro Students tagħna.

Skopri aktar dwar l-inizjattivi tagħna għaż-żgħażagħ

Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE (żjarat u preżentazzjonijiet)

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE huwa miftuħ għal żjarat fuq il-post u virtwali, kif ukoll għal lekċers ta’ esperti. Dan jagħti lill-viżitaturi ċ-ċans li jsiru jafu aktar dwar il-BĊE u l-kompiti tiegħu. Ikklikkja l-link hawn taħt biex tara x’noffru u kif tirriżerva żjara jew lekċer.

Żurna

Il-broadcasts Inti u l-BĊE

Irridu niżguraw li dejjem ikun hemm djalogu miftuħ bejna u n-nies li naqdu. Huwa għalhekk li waqqafna Inti u l-BĊE, inizjattiva biex tqarribna lejnkom.

Skopri aktar dwar Inti u l-BĊE
ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

Playlist edukattiv tal-BĊE

Ara fuq YouTube

Inizjattivi għaż-żgħażagħ

L-album ta’ Flickr

Il-paġni kollha f’din it-taqsima