Navigation Path: Home > The European Central Bank > Materjal edukattiv > FATTI Preżentazzjoni > Integrazzjoni Ewropea > Slide 10
L-INTEGRAZZJONI EWROPEA

Qabel ma ġiet stabbilita l-Unjoni Monetarja, il-pajjiżi li issa jiffurmaw iż-żona tal-euro kienu ekonomiji relattivament żgħar u miftuħa. Għall-kuntrarju, iż-żona tal-euro tifforma ekonomija kbira li hi ħafna iżjed awtonoma. Fid-daqs, iż-żona tal-euro tista’ titqabbel mal-Istati Uniti.
F’termini ta’ popolazzjoni, iż-żona tal-euro hi waħda mill-ikbar ekonomiji żviluppati fid-dinja, bi 332 miljun ċittadin fl-2011 waqt li l-popolazzjonijiet tal-Istati Uniti u tal-Ġappun kienu ta’ 312-il miljun u 129 miljun rispettivament.
Għal dak li hu sehem mill-prodott domestiku gross (PDG), b'14.2% ż-żona tal-euro kienet it-tieni l-ikbar ekonomija b'munita unika fl-2011, wara l-Istati Uniti b'19.1%. Is-sehem tal-Ġappun kien ta’ 5.6%.
Il-fatt li l-ekonomija taż-żona tal-euro hi ħafna inqas miftuħa mill-ekonomiji tal-pajjiżi individwali taż-żona tal-euro x’aktarx jillimita l-impatt taċ-ċaqliq fil-prezzijiet esterni fuq dawk domestiċi. Madankollu, l-ekonomija taż-żona tal-euro xorta waħda hi iżjed miftuħa minn tal-Istati Uniti u tal-Ġappun. Iċ-ċifra tal-esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi taż-żona tal-euro bħala sehem mill-PDG fl-2011 kienet ferm ogħla (24.7%) minn dik tal-Istati Uniti (13.9%) u tal-Ġappun (15.9%).
Sorsi: għaż-żona tal-euro u l-UE: BĊE, Eurostat, dejta nazzjonali, kalkoli tal-FMI u l-BĊE, għall-Istati Uniti u l-Ġappun: sorsi nazzjonali, FMI.
EI.010 07/12
Bank Ċentrali Ewropew