Navigation Path: Home > The European Central Bank > Materjal edukattiv > FATTI Preżentazzjoni > Karti tal-flus u muniti > Slide 1
Il-karti tal-flus tal-euro ilhom fiċ-ċirkolazzjoni mill-1 ta' Jannar 2002. Hemm seba' denominazzjonijiet, kull waħda ta' daqs differenti: €5, €10, €20, €50, €100, €200 u €500.
Fuq il-karti tal-euro hemm xbihat tal-istili arkitettoniċi tas-seba' perjodi tal-istorja kulturali tal-Ewropa – klassiku, Romanesk, Gotiku, Rinaxximent, barokk u rokokò, l-arkitettura tal-ħadid u l-ħġieġ tas-seklu 19 u l-arkitettura moderna tas-seklu 20 – u juru tliet elementi arkitettoniċi ewlenin: twieqi, bibien u pontijiet. Ebda wieħed minn dawn id-disinji ma juri xi bini jew monument eżistenti. Fuq il-karti tal-flus m'hemm ebda disinn nazzjonali individwali.
It-twieqi u l-bibien fuq in-naħa ta' quddiem tal-karti tal-flus jissimbolizzaw l-ispirtu miftuħ u l-kooperazzjoni fl-Ewropa. Fuq in-naħa ta' wara jidher pont tipiku tal-perjodu rispettiv tal-iżvilupp kulturali Ewropew. Dawn ix-xbihat huma metafora tal-komunikazzjoni bejn il-popli tal-Ewropa, kif ukoll bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja.
Il-karti tal-flus tal-euro jiġu prodotti fi stamperiji li jinsabu fl-Unjoni Ewropea. Kontrolli tal-kwalità ibsin jiżguraw li l-karti tal-flus kollha li jiġu prodotti jkunu identiċi fil-kwalità u d-dehra. Fi tmiem l-2011 fiċ-ċirkolazzjoni kien hemm madwar 14.9 biljun karta tal-euro b'valur ta' madwar €889 biljun.
Il-karti tal-flus tal-euro jiġu prodotti permezz ta' teknoloġija sofistikata tal-istampar. Għandhom ukoll għadd ta' karatteristiċi ta' sigurtà prominenti u għalhekk jintgħarfu malajr mill-karti tal-flus foloz. M'għandekx bżonn tagħmir speċjali. Kull ma trid tagħmel hu li tħoss il-karti tal-flus, tħares lejhom u tmejjilhom.
Dejjem jaqbillek tiċċekkja diversi karatteristiċi ta' sigurtà. Jekk ikollok xi dubju, qabbel il-karta tal-flus ma' waħda li taf li hi ġenwina.
Għall-karatteristiċi ta' sigurtà tal-ewwel sensiela ta' karti tal-flus tal-euro, inkluż filmat animat, ara www.ecb.europa.eu/euro/banknotes/security
Għal aġġornamenti ta' kull xahar taċ-ċifri taċ-ċirkolazzjoni, ara www.ecb.europa.eu/stats/euro/circulation
Sabiex il-karti tal-flus ikunu aktar siguri u jżommu l-fiduċja tal-pubbliku fil-munita, ġiet żviluppata sensiela oħra ta' karti tal-flus tal-euro b'karatteristiċi ta' sigurtà ġodda. Il-karta l-ġdida ta' €5 ta' din is-sensiela se tidħol fiċ-ċirkolazzjoni f'Mejju 2013. Għal aktar tagħrif ara www.karti-godda-tal-euro.eu/.
BC.001 01/13
Bank Ċentrali Ewropew