Navigation Path: Home > The European Central Bank > Materjal edukattiv > FATTI Preżentazzjoni > Organizzazzjoni > Slide 2
L-ORGANIZZAZZJONI

It-testi legali li stabbilew is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) – it-Trattat ta' Maastricht u l-Istatut tas-SEBĊ tal-1993 – inkitbu fuq il-konġettura li l-Istati Membri tal-UE kollha kienu se jadottaw l-euro u li għalhekk is-SEBĊ kienet se tmexxi x-xogħol kollu li kellu x’jaqsam mal-munita unika. Madankollu, sakemm il-pajjiżi kollha tal-UE jintroduċu l-euro, l-Eurosistema tibqa’ l-protagonista ewlenija. It-terminu “Eurosistema” jirreferi għall-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri tal-UE li adottaw l-euro. Bħala terminu, s'issa għadu mhux uffiċjali, u jissemma għall-ewwel darba fit-Trattat ta' Lisbona (Artikolu 282 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea).
L-Eurosistema bħala s-sistema ta’ banek ċentrali taż-żona tal-euro hi magħmula:
B’hekk l-Eurosistema hi sub-sett tas-SEBĊ. Billi d-deċiżjonijiet tal-BĊE dwar il-politika, bħal dik dwar il-politika monetarja, japplikaw biss għall-pajjiżi taż-żona tal-euro, hi fil-fatt l-Eurosistema li bħala tim twettaq il-funzjonijiet ta’ bank ċentrali għaż-żona tal-euro. Permezz ta’ dan, il-BĊE u l-BĊN flimkien jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet komuni tal-Eurosistema.
Hemm tliet raġunijiet ewlenin għas-sistema ta’ banek ċentrali fl-Ewropa:
Għad-dikjarazzjoni tal-missjoni tal-Eurosistema, ara www.ecb.europa.eu/ecb/orga/escb/html/mission_eurosys.mt.html
OR.002 01/12
Bank Ċentrali Ewropew