Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE
Jörg Asmussen
Data tat-twelid: 31 ta' Ottubru 1966
Post tat-twelid: Flensburg,
il-Ġermanja
Edukazzjoni
- 1992
- Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju, Università Bocconi ta' Milan (l-Italja)
- 1994
- Diploma lawrea fl-Ekonomija, Università ta' Bonn (il-Ġermanja)
Karriera professjonali
- 1994-1996
- Maniġer tal-Proġett fil-qasam tal-politika Ewropea ekonomika, soċjali u tas-suq tax-xogħol fiċ-ċentru tar-riċerka soċjoloġika Institut für Sozialforschung und Gesellschaftspolitik GmbH, Kolonja
- 1996-1998
- Desk Officer fid-diviżjoni responsabbli għall-iżvilupp ekonomiku u monetarju internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali u samits ekonomiċi fil-Ministeru tal-Finanzi Federali Ġermaniż
- 1998-1999
- Segretarju Privat tas-Segretarju tal-Istat responsabbli għall-politika Ewropea, kwistjonijiet monetarji u ta' kreditu, u l-politika monetarja u finanzjarja internazzjonali fil-Ministeru tal-Finanzi Federali Ġermaniż
- 1999-2002
- Kap tal-Uffiċċju tal-Ministru u Segretarju Privat tal-Ministru tal-Finanzi Federali Ġermaniż
- 2002-2003
- Kap tad-direttorat responsabbli għal kwistjonijiet ewlenin ta' politika Ewropea u kwistjonijiet finanzjarji ġenerali dwar il-politika Ewropea fil-Ministeru tal-Finanzi Federali Ġermaniż
- 2003-2008
- Direttur Ġenerali għall-politika tas-suq finanzjarju fil-Ministeru tal-Finanzi Federali Ġermaniż
- 2008-2011
- Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Finanzi Federali Ġermaniż, responsabbli mid-Direttorati tal-Politika Fiskali u Affarijiet Makroekonomiċi, il-Politika tas-Suq Finanzjarju u l-Politika Ewropea
- Minn Jannar 2012
- Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
lura għall-bidu
Karigi oħra
- Membru tal-Kumitat Finanzjarju u Ekonomiku tal-UE u l-Grupp ta' Ħidma tal-Eurogrupp (2008-2011)
- Membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (2010-2011)
- Deputat Finanzjarju tal-Ġermanja għall-G7 u l-G20 (2008-2011)
- Membru tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (2008-2011)
- Gvernatur Supplenti fil-Bank Dinji (2008-2011)
- Gvernatur Supplenti fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (2008-2011)
- President tal-Kunsill Ġenerali tal-Awtorità ta' Superviżjoni Finanzjarja Federali tal-Ġermanja (2008-2011)
- President tal-Kumitat tat-Tmexxija Interministerjali tal-Aġenzija Federali Ġermaniża għall-Istabilizzazzjoni tas-Suq Finanzjarju (2008-2011)
- Membru tal-Bord ta' Sorveljanza tad-Deutsche Telekom AG (2008-2011)
- Membru tal-Bord ta' Sorveljanza tad-Deutsche Gesellschaft für Internationale Zusammenarbeit (2008-2011)
- Aġent Sherpa tal-Ġermanja fil-G20 (2011)
- President tal-Grupp ta' Ħidma tal-G20 dwar is-Sistema Monetarja Internazzjonali (2011)
- Forum Ekonomiku Dinji: Membru tal-Bord tat-Tmexxija għall-proġett dwar il-futur tas-Sistema Monetarja Internazzjonali (mill-2011)
- Membru tal-Grupp ta' Amministraturi tal-Prinċipji għall-Flussi Kapitali Stabbli u Ristrutturar tad-Dejn Ġust (mill-2011)
Pubblikazzjonijiet
Awtur ta’ bosta artikoli dwar kwistjonijiet monetarji u finanzjarji internazzjonali u Ewropej
lura għall-bidu
