Navigation Path: Home > The European Central Bank > Organizzazzjoni > BĊE, SEBĊ u l-Eurosistema > Il-Missjoni Ta’ l-Eurosistema
L-Eurosistema, magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri li għandhom l-euro bħala l-munita tagħhom, hija l-awtorità monetarja taż-żona ta’ l-euro. Aħna, li qegħdin fl-Eurosistema, għandna bħala l-mira ewlenija tagħna, l-istabbiltà fil-prezzijiet għall-kisba tal-ġid komuni. Fir-rwol tagħna bħala awtorità finanzjarja ewlenija wkoll, l-għan tagħna huwa li nħarsu l-istabbiltà finanzjarja u li nippromwovu l-integrazzjoni finanzjarja Ewropea.
Biex nilħqu l-miri tagħna, aħna nagħtu l-akbar importanza lill-kredibilità, lill-fiduċja, lit-trasparenza u lir-responsabbiltà. Nagħmlu ħilitna biex ikollna komunikazzjoni effettiva maċ-ċittadini ta’ l-Ewropa u mal-media. Fir-relazzjonijiet tagħna ma’ awtoritajiet Ewropej u nazzjonali, aħna impenjati li naġixxu b’mod konformi għal kollox mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat filwaqt li nosservaw kif dovut il-prinċipju ta’ l-indipendenza.
Flimkien nikkontribwixxu, kemm fl-istrateġija kif ukoll fl-operat tagħna, sabiex nilħqu l-miri komuni tagħna, filwaqt li nirrispettaw il-prinċipju tad-deċentralizzazzjoni. Aħna impenjati li mmexxu kif xieraq u li nwettqu d-dmirijiet tagħna b’mod effettiv u effiċjenti, fi spirtu ta’ kooperazzjoni u għaqda. Bl-għajnuna ta' l-esperjenza wiesgħa tagħna, kif ukoll permezz ta’ l-iskambju ta’ kompetenzi, aħna nimmiraw sabiex insaħħu l-identità komuni tagħna, nesprimu lilna nfusna b’vuċi waħda u nisfruttaw is-sinerġiji, fi ħdan struttura ta’ rwoli u responsabbiltajiet definiti b’mod ċar għall-membri kollha ta’ l-Eurosistema.
lura għall-bidu