Navigation Path: Home > L-Euro > Karti tal-flus > Karatteristiċi ta’ sigurtà > Karatteristiċi oħra

Stampar irqiq ħafna: F'xi partijiet tal-karta tal-flus tista' tara kitba rqiqa, e.g. fl-"EYPΩ" (EURO b'ittri Griegi) fuq in-naħa ta' quddiem. Ikollok bżonn lenti biex taraha. L-istampar b’ittri żgħar ħafna jintgħaraf sewwa (mhuwiex sfukat).


Xi partijiet tal-karta tal-flus fihom sensiela ta’ ittri żgħar. Dawn l-ittri rqaq jistgħu jinqraw b’lenti. L-ittri huma ċari mhux sfukati.
Il-karta nnifisha ma tixgħelx, i.e. ma tarmix dawl u tidher skura.
Fuq in-naħa ta’ wara, il-kwart ta’ ċirku li jinsab f'nofs il-karta kif ukoll diversi partijiet oħra jixegħlu aħdar. In-numru tas-sensiela orizzontali u strixxa jidhru ħomor.
Fuq in-naħa ta’ quddiem, iċ-ċrieki ż-żgħar fin-nofs jixegħlu isfar, l-istilel il-kbar u diversi partijiet oħra jixegħlu oranġjo. Jidher ukoll is-simbolu tal-€.
F’dawl infrared, fuq in-naħa ta' quddiem tal-karta tal-flus, jibqgħu jidhru biss in-numru aħdar żmerald, il-parti tal-lemin tax-xbieha ewlenija u l-istrixxa lewn il-fidda. Fuq in-naħa ta’ wara jibqgħu jidhru biss iċ-ċifra tal-valur u n-numru tas-sensiela orizzontali.