Navigation Path: Home > L-Euro > Karti tal-flus > Karatteristiċi ta’ sigurtà > Mejjel


Mejjel il-karta tal-flus – l-ologramma tinbidel miċ-ċifra tal-valur għas-simbolu tal-€ fuq sfond bl-ilwien tal-qawsalla. Fit-truf, ittri żgħar ħafna juru l-valur.


Mejjel il-karta tal-flus – fuq in-naħa ta' wara tara strixxa lewn id-deheb. Din turi ċ-ċifra tal-valur u s-simbolu €.

Mejjel il-karta tal-flus – l-ologramma tinbidel miċ-ċifra tal-valur għal tieqa jew bieb. Fl-isfond tista’ tara ċrieki konċentriċi bl-ilwien tal-qawsalla magħmula minn ittri żgħar ħafna li jiċċaqalqu min-nofs għat-truf tal-ologramma.


Mejjel il-karta tal-flus – iċ-ċifra li turi l-valur fuq in-naħa ta’ wara tibdel il-kulur minn vjola għal aħdar żebbuġi jew kannella.
Mejjel il-karta tal-flus. Fl-istrixxa lewn il-fidda tidher xbieha ta' wiċċ Europa – l-istess wiċċ li jidher fil-watermark. Fl-istrixxa jidhru wkoll tieqa u ċ-ċifra tal-valur tal-karta tal-flus.
Mejjel il-karta tal-flus. In-numru jleqq fir-rokna t’isfel tax-xellug juri effett bid-dawl li jidher miexi ’l fuq u ’l isfel. In-numru jibdel il-kulur ukoll minn aħdar żmerald għal blu skur.