Xbihat tan-naħat nazzjonali tal-muniti (300 dpi, zipped-jpegs) – inklużi l-muniti ta':
Il-kompjuters personali u s-softwer li jipproduċi xbihat diġitali kulma jmorru qegħdin jintużaw aktar fil-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus u dan hu ta' theddida għall-istess karti tal-flus. Bi tweġiba għal dan, il-Grupp maħtur mill-Banek Ċentrali biex jiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-flus, li hu grupp internazzjonali ta' 27 bank ċentrali, żviluppa sistema li sservi ta' deterrent għall-falsifikazzjoni tal-flus (is-CDS) u li ma tħallix kompjuters personali u softwer għal xbihat diġitali jikkupjaw jew jirriproduċu xbihat ta' karti tal-flus protetti.
Din is-sistema ġiet implimentata volontarjament minn ħafna produtturi ta' ħardwer u softwer. Dan ifisser li min juża x-xbihat tal-karti tal-flus b'mod leġittmu x'aktarx li għandu jiltaqa' mas-CDS fil-linja ta' xogħlu.
Għal min għandu interess leġittmu li jirriproduċi xbihat tal-karti tal-euro, il-BĊE pproduċa xbihat diġitali (300 dpi; format TIFF u mmarkati "Specimen") li ma jattivawx is-CDS.
Biex jikseb dawn ix-xbihat, l-utent irid:
– ikollu bżonn ix-xbihat tal-karti tal-flus għal għanijiet professjonali
– ikollu kompjuter personali jew softwer għal xbihat diġitali li jkun fihom is-CDS
– jiffirma Dikjarazzjoni ta' Konfidenzjalità
Jekk tkun trid il-formola tad-Dikjarazzjoni ta' Konfidenzjalità, għandek tikteb lil:
Mr. Vicente Ventura
Directorate Banknotes
EUROPEAN CENTRAL BANK
Kaiserstrasse 29
D-60311 Frankfurt am Main
e-mail: info@ecb.int
lura għall-bidu