Ġirja għall-Euro
Skopri d-dinja tal-euro ma' Xandru! Għinu jgħaddi mis-seba' livelli kollha kemm huma u iġbor kemm tiflaħ flus f'euro.
Ta' fejn hi l-munita?
Kull pajjiż għandu l-muniti tal-euro tiegħu. Taf tqabbel il-muniti mal-pajjiżi tagħhom?
Sib il-karatteristiċi ta' sigurtà!
Taf tara d-differenza bejn karta tal-flus falza u oħra ġenwina? F'din il-logħba ssib kemm taf tassew.
Il-BĊE ħoloq wirja interattiva, li ddur postijiet differenti, dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro u l-karatteristiċi ta' sigurtà tagħhom.
Karti tal-flus u muniti tal-euro
Għal aktar minn 320 miljun ruħ fiż-żona tal-euro, il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro huma parti mill-ħajja tagħhom ta' kuljum. Il-preżentazzjoni tagħna turi s-seba' karti tal-flus u t-tmien muniti tal-euro.
Karatteristiċi ta' sigurtà tal-karti tal-flus tal-euro
Fil-karti tal-flus tal-euro nsibu bosta karatteristiċi ta' sigurtà. Dawn jgħinuna nagħrfu karta tal-flus ġenwina b'daqqa t'għajn.
Hemm sensiela ta' pubblikazzjonijiet f'sura elettronika u stampata dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro u l-karatteristiċi ta' sigurtà tagħhom. Dawn jitqassmu b'xejn u jinsabu f'iżjed minn 20 lingwa.