Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2005 > 19 ta' Lulju 2005
Fil-ġimgha li ntemmet fil-15 ta’ Lulju 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 77 miljun f’deheb u ammonti ricevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barraninija (partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv barra mill-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 168.2 biljun.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (partita 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal-EUR 85.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 531.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 12.1 biljun għal EUR 58.6 biljun.
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 8.8 biljun għal EUR 388.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Lulju 2005, operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 307.5 biljun immaturat u waħda ġdida ta’ EUR 298.5 biljun ġiet regolata.
Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (partita 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (partita 2.2 tal-passiv) kien ukoll prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, l-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1.7 biljun għal EUR 149.6 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.