Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2010 > 15 ta' Ġunju 2010
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-11 ta’ Ġunju 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ nett ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 172.7 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 302.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 809.7 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.3 biljun għal EUR 122.5 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-ħames partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 35.9 biljun għal EUR 404.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Ġunju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 117.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 122 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti f’ammont ta’ EUR 35 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 40.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 10 ta’ Ġunju 2010 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 1.7 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.4 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 384.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 350.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 7.6 biljun għal EUR 103.7 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 6.7 biljun skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.9 biljun skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 33.5 biljun għal EUR 137.8 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.