Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2011 > 11 ta' Ottubru 2011
Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Ottubru 2011 it-tnaqqis ta’ EUR 181 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ muniti kommemorattivi tad-deheb li sar minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 191 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
| Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 6 ta’ Ottubru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.5 biljun | USD 0.5 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 338.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 859.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 54.3 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 67.3 biljun għal EUR 163.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Ottubru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 208.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 198.9 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 156.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 160.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 255.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 199.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 222.3 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri ta’ titoli skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Ottubru 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 163.0 biljun u EUR 59.2 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 50.7 biljun għal EUR 154.1 biljun.
Fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ Settembru 2011, ta’ min jinnota li l- klejms oħra denominati fl-euro fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro (il-partita 6 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun u li l- assi oħra (il-partita 9 tal-attiv) żdiedu bl-istess ammont, minħabba r-riklassifikazzjoni tal-kontijiet li saret minn wieħed mill-banek tal-Eurosistema.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.