Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

L-arkivji storiċi tal-BĊE

Napprezzaw l-istorja tagħna!

L-arkivji storiċi tal-BĊE ġew stabbiliti biex jippreservaw il-memorja istituzzjonali tal-BĊE, biex jappoġġaw it-trasparenza u biex itejbu l-għarfien tal-istorja tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Eurosistema.

Il-BĊE huwa impenjat li jippreserva dokumenti ta’ valur storiku u li jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. Minħabba l-istruttura integrata tas-SEBĊ, l-Eurosistema u l-arkivji relatati, naħdmu flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE biex jintlaħaq dan l-għan.

Interessat(a) li ssir taf aktar dwar ir-rwol tal-BĊE u tal-predeċessuri tiegħu? Tixtieq tkun taf aktar dwar il-passi li ttieħdu lejn it-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u kif id-deċiżjonijiet tal-passat għadhom jaffettwaw il-ħajja tiegħek ta’ kuljum?

Jekk iva, fl-arkivji storiċi tal-BĊE tista’ taċċessa dokumenti miżmuma mill-BĊE li għandhom aktar minn 30 sena u li ġew deklassifikati skont id-Deċiżjoni BĊE/2023/17.

Skopri l-arkivji storiċi tal-BĊE

Fl-arkivji storiċi tal-BĊE tista’ ssib dokumenti tal-:

il-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea (1964-93) il-Fond Ewropew ta' Kooperazzjoni Monetarja (1973-93) il-Kumitat Delors (1988-89) l-Istitut Monetarju Ewropew (1994-98) il-Bank Ċentrali Ewropew (1998 sal-lum)

L-arkivji storiċi tal-BĊE fihom ukoll materjal awdjoviżiv u artefatti fiżiċi.

Ibbrawżja kull taqsima biex issir taf aktar dwar l-arkivji tal-BĊE u biex taċċessa dokumenti deklassifikati li jkunu ġew magħmulin disponibbli online.

Servizzi għall-utenti

Jekk għandek bżonn ta’ għajnuna biex issib dokumenti mill-arkivji storiċi tal-BĊE għall-finijiet tar-riċerka tiegħek, jekk jogħġbok ibgħat email jew ittra (f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea) lil:

archives@ecb.europa.eu

jew:

ECB Archives
European Central Bank
Information Governance Division
Sonnemannstrasse 22

60314 Frankfurt am Main
Germany

Tista’ tikkonsulta dokumenti mill-arkivji storiċi tal-BĊE fil-kamra tal-qari fil-Bini Prinċipali tal-BĊE matul il-ħinijiet tax-xogħol billi tagħmel appuntament minn qabel.

Informazzjoni għall-viżitaturi

Il-paġni kollha f’din it-taqsima