Navigation Path: Home > Bank Ċentrali Ewropew > Żjarat fil-BĊE
Inti mistieden iżżur il-kwartieri ġenerali tagħna fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja, fejn għandna pjaċir noffru sessjonijiet regolari ta' tagħrif għal gruppi ta' viżitaturi.
Noffru sessjonijiet ta' tagħrif f'żewġ livelli differenti: "ġenerali" u "avanzat". Is-sessjonijiet ġenerali jagħtu tagħrif dwar l-organizzazzjoni, id-doveri u r-responsabbiltajiet tal-BĊE/Eurosistema/SEBĊ - jista' jingħata wkoll wieħed mit-temi ta' hawn taħt. Is-sessjoni avanzata tagħti tagħrif dettaljat dwar wieħed mit-temi elenkati hawn taħt. Fuq talba, u skond id-disponibbiltà ta' l-istaff, jistgħu jiġu offruti temi oħra wkoll.
BĊE/Eurosistema/SEBĊ: organizzazzjoni, doveri u responsabbiltajiet.
Temi oħraŻjarat bil-gwida: jiddispjaċina ngħidu li ma jistgħux isiru żjarat bil-gwida fil-bini.
Post: il-Eurotower (ara mappa u direzzjonijiet tat-toroq)
Età minima: il-viżitaturi jrid ikollhom 18-il sena jew iżjed, jew ikunu fl-aħħar sena tal-edukazzjoni post-sekondarja.
Daqs tal-grupp: bejn 20 u 50 ruħ. Gruppi ta' inqas minn 20 ruħ jintalbu jingħaqdu ma' grupp ieħor.
Ġranet/ħinijiet: Tista’ żżur il-BĊE nhar ta’ Tnejn, nhar ta’ Tlieta jew nhar ta’ Ġimgħa fl-10.30 a.m. jew fis-2.30 p.m.
Reġistrazzjoni onlajn: Skond il-politika ambjentali tal-BĊE u l-isforzi tiegħu favur l-effiċjenza u l-effikaċja, tista’ tressaq it-talba tiegħek għal-żjara b’mod elettroniku biss, permezz tal-kalendarju onlajn. Jiddispjaċina li ma nistgħux nipproċessaw formoli mressqa bi kwalunkwe mezz ieħor.
Dati u ħinijiet taż-żjarat: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-10.30 a.m. u fis-2.30 p.m., minbarra nhar ta' Ħamis.
Spiża: Iż-żjarat fil-BĊE huma bla ħlas.
lura għall-biduTeħtieġ konferma bil-miktub taż-żjara tal-grupp tiegħek. Għall-inqas ġimgħa qabel id-data attwali, għandek tipprovdi lista tal-parteċipanti (ismijiet sħaħ). Jekk jogħġbok żgura li tasal 30 minuta qabel il-bidu tas-sessjoni. Il-parteċipanti kollha għandu jkollhom passaport jew karta ta' l-identità validi biex ikunu jistgħu jidħlu fil-bini.
Waqt iż-żjara tiegħek għandna pjaċir nipprovdulek kopji ta' pubblikazzjonijiet tal-BĊE. Jekk jogħġbok ara t-taqsima tal-pubblikazzjonijiet tagħna (Publications) u hemmhekk indika l-għażla tiegħek - inkluża/i l-lingwa/i - taħt "Tagħrif ieħor" fit-talba onlajn.
Skond id-disponibbiltà ta' l-istaff fil-ħin taż-żjara, noffru sessjonijiet ta’ tagħrif fi kwalunkwe lingwa uffiċjali ta’ l-UE. Gruppi li ma jifhmu l-ebda waħda minn dawn il-lingwi jistgħu jagħmlu arranġamenti huma stess għall-interpretazzjoni. F'dan il-każ, jekk jogħġbok għarrafna bil-quddiem.
lura għall-bidu
Taqsima Stampa u Informazzjoni
Direttorat tal-Komunikazzjoni
Bank Ċentrali Ewropew
Kaiserstrasse 29
D-60311 Frankfurt am Main
E-mail: visit@ecb.europa.eu