-
Il-muniti tal-euro tal-Belġju ġew iddisinjati minn Jan Alfons Keustermans, Direttur tal-Akkademja Muniċipali tal-Arti ta' Turnhout. Hemm żewġ sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni. It-tnejn huma validi. Fl-iżjed disinn reċenti, li jidher hawn, fil-parti ta' ġewwa tal-munita, jidher ir-Re Albert II, il-monogramm irjali u s-sena tal-ħruġ.
-
Muniti ta’ 10, 20 u 50 ċenteżmu: il-Bieb ta’ Brandenburg, simbolu tad-diviżjoni tal-Ġermanja u l-unifikazzjoni sussegwenti tagħha, hu l-motif użat fuq dawn il-muniti. Il-perspettiva tad-disinn, ta' Reinhard Heinsdorff, tenfasizza l-ftuħ tal-bieb, u b’hekk tagħti importanza lill-unifikazzjoni tal-Ġermanja u tal-Ewropa.
-
(mill-1 ta’ Jannar 2011)
Id-disinn tan-naħa nazzjonali tal-muniti tal-Estonja hu l-istess għad-denominazzjonijiet kollha. Dan jikkonsisti minn xbieha ġeografika tal-Estonja u l-kelma “Eesti”, li tfisser “Estonja”.
-
Il-Gvern ta’ l-Irlanda ddeċieda fuq disinn nazzjonali waħdieni għad-denominazzjonijiet tal-muniti Irlandiżi kollha. Dawn juru l-arpa Ċeltika, simbolu tradizzjonali ta’ l-Irlanda, bis-sena tal-ħruġ u l-kelma "Éire" – il-kelma Irlandiża għall-Irlanda. L-arpa li tidher fuq il-munita ġiet iddisinjata minn Jarlath Hayes.
-
Fuq din il-munita jidher Rigas Fereos (Velestinlis) (1757-98). Hu kien prekursur u figura ewlenija tal-perijodu tal-Illuminiżmu Grieg, kif ukoll viżjonarju u ħabbar tal-ħelsien tal-Balkani mill-ħakma Ottomana.
-
Muniti ta’ 10, 20 u 50 ċenteżmu: Miguel de Cervantes, missier il-letteratura Spanjola, jidher fuq dawn il-muniti, waqt li jirrifletti dwar “l-universalità tal-bniedem u tal-ħidma tiegħu”.
-
Muniti ta’ 10, 20 u 50 ċenteżmu: it-tema taż-żerriegħ hi kostanti fl-istorja tal-franc Franċiż. Iddisinjata minn Laurent Jorlo, "din il-grafika moderna u bla ħjiel ta’ żmien tirrappreżenta lil Franza, li tibqa' leali lejha nfisha, waqt li tingħaqad mal-Ewropa".
-
Din tikkommemora wieħed mill-akbar trijonfi tal-arti Taljana. Turi wieħed mill-kapolavuri dinjin, it-"Twelid ta’ Venere" ta’ Sandro Botticelli.
-
Fuq il-muniti tal-10, l-20 u l-50 ċenteżmu jidher il-bastiment Kyrenia, bastiment tal-merkanzija tar-raba' seklu qabel Kristu, simbolu tal-istorja merkantili ta' Ċipru u tal-importanza tal-pajjiż bħala ċentru tal-kummerċ.
-
Yvette Gastauer-Claire iddisinjat il-muniti bi ftehim mad-Dar Irjali u mal-Gvern tal-Lussemburgu. Il-muniti kollha tal-Lussemburgu juru l-profil tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri. Juru wkoll is-sena tal-ħruġ u l-kelma "Lussemburgu" miktuba bil-Lussemburgiż ("Lëtzebuerg").
-
Fuq il-muniti tal-10, l-20 u l-50 ċenteżmu hemm l-Arma ta' Malta, tarka b'rappreżentazzjoni araldika tal-bandiera nazzjonali ta' Malta. Fuq it-tarka hemm kuruna mibnija bil-ġebel, li tirrappreżenta s-swar ta' Malta u tfisser li Malta hi belt stat. It-tarka hi mdawra b'girlanda magħmula minn żewġ friegħi, waħda taż-żebbuġ fuq ix-xellug, u l-oħra tal-palm fuq il-lemin, it-tnejn simboli tal-paċi u tradizzjonalment assoċjati ma' Malta; il-girlanda hi marbuta fit-tarf t'isfel b'żigarella li fuqha hemm miktub il-kliem "Repubblika ta' Malta".
-
Muniti ta’ l-1, 2, 5, 10, 20 u 50 ċenteżmu: madwar il-profil tar-Reġina Beatrix hemm il-kliem “Beatrix Reġina tal-Olanda” bl-Olandiż.
-
Din turi l-Katidral ta’ San Stiefnu, wieħed mill-ġojjelli tal-arkitettura Gotika Vjenniża u post turistiku popolari.
-
Muniti tal-10, 20 u 50 ċenteżmu: dawn juru s-siġill irjali tal-1142 bħala l-parti ċentrali tad-disinn.
-
Fuq din il-munita hemm il-pjanta mhux imwettqa tal-perit Jože Plečnik għall-Parlament Sloven.
-
Fuq il-muniti tal-10, l-20 u l-50 ċenteżmu hemm il-kastell ta' Bratislava u l-emblema nazzjonali tas-Slovakja.
-
Muniti tal-1, 2, 5, 10, 20 u 50 ċenteżmu: dawn juru l-iljun araldiku Finlandiż f'riproduzzjoni ta’ disinn tal-iskultur Heikki Häiväoja. L-iljun araldiku f’disinji differenti ġie użat f’bosta muniti Finlandiżi tul is-snin, per eżempju fuq il-muniti ta’ 1 markka bejn l-1964 u l-2001.
-
Il-monogramm tal-AST il-Prinċep Albert jidher fuq il-muniti tal-10, l-20 u l-50 ċenteżmu.
-
Fuq il-munita tal-10 ċenteżmi hemm xbieha tal-Bażilika ta’ Saint Marinus.
-
Fit-tielet serje, maħruġa f’April 2006, hemm xbieha tal-Qdusija tiegħu il-Papa Benedittu XVI u l-iskrizzjoni “CITTÀ DEL VATICANO”. Fuq in-naħa tal-lemin tax-xbieha hemm is-sena (“2006”) u l-marka taz-zekka (“R”). Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-inizjali tad-disinjatriċi (“DL”).
-