Hemm seba’ denominazzjonijiet tal-karti tal-flus tal-euro: €5, €10, €20, €50, €100, €200 u €500. Huma valuta legali fiż- żona tal-euro kollha. Fihom stili arkitettoniċi minn perjodi differenti fl-istorja tal-Ewropa.
sensiela "Europa"
It-tieni sensiela ta' karti tal-flus tal-euro
Fuq in-naħa ta’ quddiem il-karti tal-flus juru twieqi u bibien. Dawn huma simbolu tal-ispirtu Ewropew ta’ onestà u kooperazzjoni. It-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea (UE) jirrappreżentaw id-dinamiżmu u l-armonija tal-Ewropa ta' żmienna. Il-pontijiet fuq in-naħa ta’ wara huma simbolu tal-komunikazzjoni bejn il-poplu tal-Ewropa u bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja.
It-twieqi, il-bibien u l-pontijiet li jidhru fuq il-karti tal-flus huma tpinġijiet stilizzati mhux xbihat ta' jew minn bini li jeżisti tassew.
Elementi oħra tad-disinn huma:
Kull karta tal-flus fiha l-firma jew ta' Willem F. Duisenberg, jew ta' Jean-Claude Trichet jew ta' Mario Draghi – li huma l-ewwel, it-tieni u t-tielet President tal-Bank Ċentrali Ewropew rispettivament. Dawn il-karti tal-flus huma lkoll validi ndaqs.
Willem F. Duisenberg
Jean-Claude Trichet
Mario Draghi
Il-karti tal-flus juru rappreżentazzjoni ġeografika tal-Ewropa. Din ma turix il-gżejjer li huma iżgħar minn 400 kilometru kwadru għax il-proċess ta' stampar offset f'numri kbar ma jippermettix ir-riproduzzjoni eżatta tal-elementi żgħar tad-disinn.
Il-kaxxi ż-żgħar in-naħa t'isfel tal-karti tal-flus juru l-Gżejjer Kanarji u xi territorji barranin ta' Franza fejn l-euro jintuża wkoll.

Il-bank ċentrali li kkummissjona l-istampar ta' karta tal-flus (mhux bilfors il-pajjiż fejn sar l-istampar) hu indikat b'ittra jew kodiċi tal-pajjiż qabel in-numru tas-serje, kif jidher hawn taħt:

Din il-karta tal-flus partikolari, li fiha l-ittra 'S', ġiet stampata għall-Banca d'Italia. Il-kodiċijiet tal-pajjiżi huma elenkati hawn taħt.
| Kodiċijiet tal-pajjiżi | |
|---|---|
| (1) Karti tal-flus ta' l-euro maħruġa mill-Banque centrale du Luxembourg li għad ma ħarġux fiċ-ċirkolazzjoni għandhom il-kodiċi tal-banek ċentrali tal-pajjiżi li pproduċew il-karti tal-flus għall-Lussemburgu. | |
| Il-Belġju | Z |
| Il-Ġermanja | X |
| L-Estonja | D |
| L-Irlanda | T |
| Il-Greċja | Y |
| Spanja | V |
| Franza | U |
| L-Italja | S |
| Ċipru | G |
| Il-Lussemburgu | ( 1 ) |
| Malta | F |
| L-Olanda | P |
| L-Awstrija | N |
| Il-Portugall | M |
| Is-Slovenja | H |
| Is-Slovakja | E |
| Il-Finlandja | L |