Il-Kap tal-Gvern Spanjol ta’ dak iż-żmien, is-Sur José María Aznar, ippreżenta serje ta’ muniti bi tliet disinji nazzjonali distinti li juru dinjitarji famużi Spanjoli u arkitettura Spanjola.
5 ċenteżmi
Muniti ta’ 1, 2 u 5 ċenteżmi: fuq dawn il-muniti jidher il-katidral ta’ Santiago de Compostela, ġojjell ta’ l-arti Romaneska Spanjola u waħda mid-destinazzjonijiet l-aktar famużi fid-dinja għall-pellegrinaġġi. Juru l-faċċata monumentali ta’ l-Obradoiro, eżempju mill-isbaħ tal-kostruzzjoni barokka Spanjola, mibdi fl-1667 minn Jose del Toro u Domingo de Andrade. Ġie mitmum fis-seklu 18 minn Fernando Casas y Novoa.
2 ċenteżmi

1 ċenteżmu
