Navigation Path: Home > Press > Press releases > By date > 2005 > 28 ta' Novembru 2005
Wara d-deċiżjoni meħuda fil-25 ta’ Novembru 2005 (ara l-komunikat uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-istess data) dwar ir-rata ċentrali ta’ l-euro fl-ERM II għall-koruna Slovakka, ġew stabbiliti r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għal din il-munita b’effett mit-28 ta’ Novembru 2005; dawn jidhru fit-tabella hawn taħt.
Sar ftehim komuni dwar ir-rati ta’ l-intervent obbligatorju bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska, skond l-Artikolu 1.2 tal-Ftehim ta’ l-1 ta’ Settembru 1998 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri barra ż-żona ta’ l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim ta’ mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet stadju ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ĠU C 345, 13.11.1998, p.6), kif l-aħħar emendat bil-Ftehim tas-16 ta’ Settembru 2004 (ĠU C 281, 18.11.2004, p. 3).
Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-krone Daniż, il-kroon Estonjan, il-pound Ċiprijotta, il-lats Latvjan, il-litas Litwan, il-lira Maltija u t-tolar Sloven jibqgħu l-istess.
|
Rati ċentrali ta’ l-euro u rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-muniti ta’ l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-ERM II, fis-seħħ mit-28 ta’ Novembru 2005 |
||
|
Pajjiż u munita |
EUR 1 = |
|
|
Danimarka krone Daniż (DKK) |
Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
7.62824 7.46038 7.29252 |
|
Estonja kroon Estonjan (EEK) |
Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
17.9936 15.6466 13.2996 |
|
Ċipru pound Ċiprijotta (CYP) |
Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
0.673065 0.585274 0.497483 |
|
Latvja lats Latvjan (LVL) |
Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
0.808225 0.702804 0.597383 |
|
Litwanja litas Litwan (LVL) |
Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
3.97072 3.45280 2.93488 |
|
Malta lira Maltija (MTL) |
Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
0.493695 0.429300 0.364905 |
|
Slovenja tolar Sloven (SIT) |
Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
275.586 239.640 203.694 |
|
Slovakja koruna Slovakka (SKK) |
Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
44.2233 38.4550 32.6868 |
Tagħrif dwar il-konvenzjonijiet u l-proċeduri għall-ERM II jistgħu jinkisbu (bl-Ingliż) permezz ta’ din il-link tal-Websajt tal-BĊE: http://www.ecb.europa.eu/press/pr/date/2004/html/pr040628_1.en.html.
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.