Navigation Path: Home > Press > Press releases > By date > 2007 > 6 ta' Settembru 2007
Fil-laqgħa ta’ llum, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li r-rata minima ta’ l-offerti fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati ta' l-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu se jibqgħu l-istess, jiġifieri 4.00%, 5.00% u 3.00% rispettivament.
Il-President tal-BĊE se jikkummenta dwar il-kunsiderazzjonijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li se tibda fis-2.30 p.m. (CEST) illum.
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.