Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2006 > 25 ta' Lulju 2006
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Lulju 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 25 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’valuta barranija (il-partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.5 biljun għal EUR 152.5 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portofoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal-EUR 88.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 586.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14.7 biljun għal EUR 79.6 biljun.
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) żdied b’EUR 13.8 biljun għal EUR 455.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, id-19 ta’ Lulju 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 321.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 335 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien EUR 0.3 (imqabbel ma’ bejn wieħed u ieħor xejn tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun, li kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel.
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) baqgħet bejn wieħed u ieħor ma nbidlitx jiġifieri ta’ EUR 168.3 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.