Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-26 Diċembru 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Diċembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 117 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 7.8 biljun għal EUR 360.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet li joffru likwidità. Nhar it-Tlieta, 23 ta’ Diċembru 2008, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 41.6 biljun, b’maturità ta’ ħamest ijiem, li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 52.4, b’maturità ta’ 16-il jum. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju EUR/USD ta’ USD 5.1 biljun, b’maturità ta’ ħamest ijiem, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 5.4 biljun, ukoll b’maturità ta’ 16-il jum. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar it-Tlieta, 23 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 14.6 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 16.9 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/DKK ta’ DKK 11.2 biljun, b’maturità ta’ xahar. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-BĊE u d-Danmarks Nationalbank.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 121.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 12.1 biljun għal EUR 765.4 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 11.6 biljun għal EUR 107.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita Nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 14.5 biljun għal EUR 613.4 biljun. Nhar it-Tlieta, 23 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 209.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 223.7 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 2.2 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 229.8 biljuni (meta mqabbel ma’ 230.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 20.3 biljun għal EUR 225.9 biljun.
Ftuħ tar-rapport finanzjarju tal-Eurosistema għall-2009, inkluż in-Národná banka Slovenska
In-Národná banka Slovenska ser jissieħeb fl-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2009. Għaldaqstant, il-BĊE ser jippubblika rapport finanzjarju konsolidat ta’ ftuħ tal-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2009 flimkien mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa li jmiss fis-7 ta’ Jannar 2009.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 219,707 | −117 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 149,650 | −3,128 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 12,528 | −8 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
137,122 | −3,121 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 229,518 | 8,107 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,202 | 264 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 9,202 | 264 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 843,197 | 13,613 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 224,400 | 13,973 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 616,901 | 2 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,820 | −370 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 77 | 8 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 58,438 | 3,683 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 121,287 | 452 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,496 | 0 | |
9 | Assi oħra | 374,969 | −892 | |
Assi Totali | 2,043,465 | 21,981 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 765,413 | 12,134 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 455,784 | 19,371 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 225,947 | 20,262 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 229,785 | −882 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 52 | −9 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 211 | −4 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 116,079 | −13,596 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 107,893 | −11,600 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,186 | −1,996 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 285,988 | 6,942 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,874 | 98 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,191 | −2,890 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,191 | −2,890 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,384 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 161,162 | −75 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 168,685 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,694 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,043,465 | 21,981 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja