Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-21 ta’ Mejju 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Mejju 2010, it-tnaqqis nett ta’ EUR 2 miljuni f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta n-negozjar ta’ muniti tad-deheb minn żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 6.8 biljun għal EUR 173.5 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Fl-20 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ta’ tmint ijiem ta’ USD 9.2 biljun. Fl-istess data, ġiet regolata operazzjoni ta’ 84 jum ta’ USD 1 biljun. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti, reċiproċi u temporanji (linja swap) dwar il-munita, li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) stabbilixxa mal-Federal Reserve System.
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
20 ta’ Mejju 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 9.2 biljun | |
Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1 biljun |
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 307.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 804.6 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.1 biljun għal EUR 118.3 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 39.3 biljun għal EUR 541.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 99.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 104.8 biljun. Fl-istess data, inġabru depożiti b’maturità ta’ ġimgħa, f’ammont ta’ EUR 16.5 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 253.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 225.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 11.1 biljun għal EUR 79.8 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 10.4 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.7 biljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 55.6 biljun għal EUR 246.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 286,696 | −2 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 211,749 | −3,212 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 69,602 | −58 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
142,147 | −3,154 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 29,798 | −5,376 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,267 | 2,821 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,267 | 2,821 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 811,688 | 5,026 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 104,752 | 5,182 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 706,881 | 1 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 13 | −154 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 42 | −3 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 39,861 | 3,173 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 387,114 | 9,803 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 79,797 | 11,105 | |
7.2 | Titoli oħra | 307,317 | −1,302 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 35,582 | 5 | |
9 | Assi oħra | 248,214 | −5,213 | |
Assi Totali | 2,069,968 | 7,025 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 804,587 | −453 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 516,213 | −11,199 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 246,239 | −55,562 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 253,469 | 27,863 | |
2.3 | Depożiti fissi | 16,500 | 16,500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 5 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 390 | −182 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 126,471 | 9,233 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 118,268 | 9,104 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,202 | 129 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 59,248 | 13,685 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,383 | −1,063 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,619 | −765 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,619 | −765 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,033 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 169,162 | −2,230 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 249,205 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 76,657 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,069,968 | 7,025 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja