Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2010 > 13 ta' Lulju 2010
Fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 ta’ Lulju 2009 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 191.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 470 miljun għal EUR 297.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 818.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 14.9 biljun għal EUR 100.8 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 46.6 biljun għal EUR 370.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Lulju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 162.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 229.1 biljun. Fl-istess data, immaturat operazzjoni ta’ rfinar li pprovdiet likwidità ta’ EUR 111.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Lulju wkoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 31.9 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 59 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 205.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 231.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 832 miljun għal EUR 120.9 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 796.5 miljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 35.5 miljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 33.6 biljun għal EUR 126.8 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.