Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2010 > 28 ta' Diċembru 2010
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ Diċembru 2010, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 176.4 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
| Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 23 ta’ Diċembru 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 14-il jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 75 miljun | USD 75 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 325.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.5 biljun għal EUR 842.3 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.3 biljun għal EUR 79.7 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 41.8 biljun għal EUR 384.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Diċembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 187.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 193.5 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 72 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 72.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 23 ta’ Diċembru 2010, immaturaw operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 200.9 biljun, b’maturitajiet ta’ tlieta u tnax-il xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 149.5 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar għall-provvediment ta’ likwidità ta’ EUR 20.6 biljun, b’maturità ta’ 13-il jum.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 134.5 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ Diċembru 2010, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 73.5 biljun u EUR 60.9 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 55.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 40.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 60.6 biljun għal EUR 206.1 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.