Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2011 > 16 ta' Awissu 2011
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Awwissu 2011 deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (partita 1 tal-attiv) baqgħu ma nbidlux.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 177.5 biljun minħabba tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 336.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 858.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 53.5 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv minbarra l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 98.3 biljun għal EUR 393.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Awwissu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 172.0 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 157.1 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 67.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 75.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Awwissu 2011 ukoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 74.0 biljun u nġabru depożiti ġodda fl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Awwissu 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 49.8 biljun, li kellha maturità ta’ madwar sitt xhur.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 80.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 134.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 22.0 biljun għal EUR 155.7 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għal ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Awwissu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 96.0 biljun u EUR 59.7 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 127.0 biljun għal EUR 286.8 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.