Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2011 > 20 ta' Diċembru 2011
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-16 ta’ Diċembru 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.8 biljun għal EUR 241.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
| Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 15 ta’ Diċembru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 jiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.6 biljun | USD 5.1 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 337.7 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3 biljun għal EUR 882.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 15.7 biljun għal EUR 45.8 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 142.8 biljun għal EUR 243.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 252.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 291.6 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 207 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 207.5 biljun. Ukoll nhar il-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perijodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 55.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 41.2 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 4.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 7.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 214.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 334.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 3.8 biljun għal EUR 272.5 biljun. Din iż-żieda kienet ir-riżulat nett ta’: (i) xiri konkluż ta’ EUR 3.4 biljun skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.5 biljun skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti; u (ii) it-titoli mifdija li nxtraw skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Diċembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 210.9 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 59 biljun u EUR 2.6 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 158.9 biljun għal EUR 298.1 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.