Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-28 ta’ Settembru 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta' Settembru 2012 iż-żieda ta’ EUR 45.5 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għall-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 5.8 biljun għal EUR 229.2 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat kif ukoll għall-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
27 ta' Settembru 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 3.7 biljun | USD 1.6 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 317.4 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 892.5 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.9 biljun għal EUR 99 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 18.6 biljun għal EUR 651.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 26 ta' Settembru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 119.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 117.4 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 209 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont. Nhar il-Ħamis 27 ta' Settembru 2012 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 26.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 18.7 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2 biljun (imqabbel ma’ EUR 1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 315.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 305.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 280.2 biljun minħabba x-xiri ta’ titoli skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, it-titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta' Settembru 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 209.5 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 54.5 biljun u EUR 16.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 24.7 biljun għal EUR 525.8 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-28 ta' Settembru 2012 jidher fil-kolonna supplimentari "Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,377.417 kull uqija fina
USD: 1.2930 kull EUR
JPY: 100.37 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu (SDR): EUR 1.1931 kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 479,292 | 0 | 45,513 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 256,413 | −164 | −4,901 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 90,069 | 255 | −1,034 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
166,344 | −419 | −3,867 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 39,858 | −2,015 | −128 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,512 | −1,399 | 46 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 16,512 | −1,399 | 46 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,178,184 | −9,016 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 117,383 | −2,455 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,058,750 | −7,546 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2,047 | 1,077 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 4 | −91 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 212,652 | −774 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 597,655 | 1,492 | −1,479 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 280,207 | 264 | 560 | |
7.2 | Titoli oħra | 317,448 | 1,228 | −2,039 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 30,010 | 0 | −32 | |
9 | Assi oħra | 271,857 | 3,224 | 2,527 | |
Assi Totali | 3,082,432 | −8,652 | 41,545 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 892,496 | 312 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,052,529 | −15,114 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 525,830 | −24,652 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 315,754 | 10,107 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 209,000 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1,945 | −569 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,224 | −607 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 119,439 | 3,661 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 98,956 | 4,865 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 20,483 | −1,204 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 171,667 | 1,040 | −12 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,198 | 747 | −109 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 6,626 | −1,242 | −138 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,626 | −1,242 | −138 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,243 | 0 | −643 | |
10 | Passiv ieħor | 235,635 | 2,750 | −536 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 452,824 | 0 | 42,984 | |
12 | Kapitali u riżervi | 85,551 | −199 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,082,432 | −8,652 | 41,545 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja