Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-28 ta’ Diċembru 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Diċembru 2012 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 226.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 308.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 913.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 108.2 biljun.
Fis-16 ta’ Diċembru 2010, il-BĊE ħabbar li ser iżid il-kapital sottoskritt b’EUR 5 biljuni, b’seħħ mid-29 ta’ Diċembru 2010. Biex it-trasferiment tal-kapital lill-BĊE jsir bla xkiel, il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kellhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-kapital ta’ €3.5 biljun fi tliet pagamenti annwali. L-ewwel żewġ pagamenti ta’ EUR 1.2 miljun il-wieħed tħallsu fl-aħħar tal-2010 u l-2011, u l-aħħar pagament ta’ EUR 1.2 biljun tħallas fis-27 ta’ Diċembru 2012. Dan il-ħlas wassal għal bilanċji intra-Eurosistema, imma billi dawn il-bilanċji dejjem jiġu eliminati permezz tal-proċess ta’ konsolidazzjoni, l-ebda bidla minħabba din iż-żieda kapitali ma tidher taħt kapital u riżervi (il-partita tal-passiv 12) fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema. Madankollu, iż-żieda kapitali ser tiġi rifessa fil-kontijiet annwali tal-BĊE.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 15 biljun għal EUR 669 biljun. Nhar il-Ġimgħa, it-28 ta’ Diċembru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 72.7 biljun, u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 89.7 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 208.5 biljun u nġabru depożiti ġodda b’ammont ta’ EUR 197.6 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 3.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 13.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 261.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 229.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu, EUR 276.8 biljun. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Diċembru 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.3 biljun, filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 52.1 biljun u EUR 16.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 33.6 biljun għal EUR 456.1 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 479,116 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 258,835 | 801 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 89,003 | −3 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
169,832 | 804 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 33,615 | −75 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,240 | 152 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,240 | 152 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,128,794 | 6,455 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 89,661 | 16,979 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,035,771 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 3,362 | −10,510 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −14 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 206,254 | −2,038 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 585,132 | −83 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 276,807 | 0 | |
7.2 | Titoli oħra | 308,325 | −83 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 30,008 | 0 | |
9 | Assi oħra | 277,205 | 1,786 | |
Assi Totali | 3,018,198 | 6,998 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 913,677 | 2,914 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 915,849 | −12,165 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 456,102 | −33,578 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 261,689 | 32,304 | |
2.3 | Depożiti fissi | 197,559 | −10,941 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 500 | 50 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,796 | −392 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 150,579 | 4,925 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 108,228 | 2,299 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 42,351 | 2,625 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 186,325 | 7,853 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,473 | 960 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,380 | −507 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,380 | −507 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,243 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 240,501 | 3,410 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 452,824 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 85,552 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,018,198 | 6,998 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja