Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ l-10 ta’ Ottubru 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Ottubru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 153 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) ikkorrispondiet, l-ewwel, mal-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u, it-tieni, mal-bejgħ nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 29.8 biljun għal EUR 279 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 10 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 20 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru 2008, ġiet regolata operazzjoni overnight li pprovdiet likwidità ta’ USD 93.9 biljun. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 113.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 18.9 biljun għal EUR 712.1 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.5 biljun għal EUR 64.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 182.3 biljun għal EUR 584.6 biljun. Nhar it-Tnejn, 6 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ta’ rfinar li pprovdiet likwidità ta’ EUR 193.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 190 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 250 biljun. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 25 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun. Fl-istess ġurnata, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar biex tiġi pprovduta l-likwidità ta’ EUR 24.7 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 16.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 24.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 154.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 38.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 142.5 biljun għal EUR 295.8 biljun.
Kwistjonijiet oħra
Għandu jkun innotat li l-figuri fir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-3 ta’ Ottubru 2008 (ippubblikat fit-8 ta’ Ottubru 2008) inbidlu dovut għal aġġustamenti tekniċi f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema. Dawn il-bidliet huma, madankollu, meqjusa li huma immaterjali u, konsegwentement, pubblikazzjoni mill-ġdid tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-3 ta’ Ottubru 2008 mhux meħtieġ. It-tibdil minn ġimgħa għal ġimgħa kif jidher f'dan ir-rapport finanzjarju konsolidat diġà jinkludi t-tibdil ta’ hawn fuq.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 220,237 | −153 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 146,985 | −1,661 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,814 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
137,171 | −1,661 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 165,050 | 32,840 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,191 | 395 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 14,191 | 395 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 739,388 | 104,271 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 250,882 | 60,882 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 447,179 | 26,660 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 24,681 | 24,681 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 16,634 | −7,957 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 12 | 4 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 66,110 | −9,537 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 113,560 | 443 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,448 | 0 | |
9 | Assi oħra | 378,886 | −3,458 | |
Assi Totali | 1,881,854 | 123,139 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 712,119 | 18,914 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 450,561 | 64,429 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 295,820 | 142,453 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 154,655 | 115,801 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | −193,844 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 86 | 20 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 143 | −56 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 85,684 | 6,666 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 64,900 | −6,491 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 20,783 | 13,158 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 195,015 | 33,420 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 968 | −366 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 26,668 | 1,699 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 26,668 | 1,699 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,384 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 164,948 | −1,568 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 168,685 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,680 | 1 | |
Total tal-passiv | 1,881,854 | 123,139 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja