Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Ottubru 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 ta’ Ottubru 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 2 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 4.1 biljun għal EUR 179 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.
Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
---|---|---|---|
7 ta’ Ottubru 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem li jipprovdi likwidità fi franki Żvizzeri | CHF 9.9 biljuni | CHF 10 biljuni |
8 ta’ Ottubru 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem li tipprovdi likwidità f’dollari Amerikani | USD 34.1 biljuni | USD 31.1 biljuni |
8 ta’ Ottubru 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum li tipprovdi likwidità f’dollari Amerikani | USD 3.1 biljuni | - |
8 ta’ Ottubru 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 91 jum li tipprovdi likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 1 billion |
It-transazzjonijiet li jipprovdu l-likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 305.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 772.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 138.4 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 33.9 biljun għal EUR 549.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, is-7 ta’ Ottubru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 66.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 62.6 biljun. Il-Ħamis, 8 ta’ Ottubru 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 3 biljuni b’maturità ta’ tliet xhur u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 1.1 biljun. Fl-istess ġurnata, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 36.1 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 2.4 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 144.8 biljun (meta mqabbel ma’ 150.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti mill-Eurosistema ta’ titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 17.4 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 ta’ Ottubru 2009.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 41.8 biljun għal EUR 176.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 238,167 | −2 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 193,681 | −718 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 62,857 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
130,824 | −718 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 48,937 | −3,387 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,418 | 277 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,418 | 277 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 694,579 | −39,745 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 62,620 | −4,147 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 631,850 | −35,590 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 85 | −7 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 25 | −1 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 23,969 | −706 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 322,880 | 2,124 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 17,353 | 1,774 | |
7.2 | Titoli oħra | 305,527 | 350 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,204 | 0 | |
9 | Assi oħra | 228,907 | 333 | |
Assi Totali | 1,802,742 | −41,825 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 772,263 | 1,317 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 321,317 | −47,590 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 176,524 | −41,784 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 144,784 | −5,813 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 9 | 7 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 169 | 10 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 152,328 | 578 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 138,427 | −2,409 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 13,901 | 2,988 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 78,874 | 2,534 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,551 | 686 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,133 | −708 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,133 | −708 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 50,906 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 148,991 | 1,346 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 192,254 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 72,957 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,802,742 | −41,825 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja