Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2012 > 24 ta' Jannar 2012
Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Jannar 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 271.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
| Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 19 ta’ Jannar 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 5.7 biljun | USD 5.9 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 341.8 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.7 biljun għal EUR 871.8 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 22.3 biljun għal EUR 98.8 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 12.2 biljun għal EUR 121.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 110.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 126.9 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 213-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 217-il biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2012 immaturat ukoll operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 41.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 38.7 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 3.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 2.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 491.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 493.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu bi EUR 3.4 biljun għal EUR 282.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll għal titoli mifdija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Jannar 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 219-il biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 58 biljun u EUR 5.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.2 biljun għal EUR 134.7 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.